
26 November 2025
Titħabbar il-mewt ta’ Mark Caruana riċerkatur tal-istorja tal-Maltin fl-Awstralja
SBS Maltese - SBS bil-Malti
About
Tħabbret il-mewt ta’ Mark Caruana minn New South Wales fl-għomor ta’ 79 sena. Fost ix-xogħol tiegħu fil-komunità, minbarra li kien involut f’diversi għaqdiet, Mark Caruana jibqa’ magħruf għax-xogħol tiegħu bħala riċerkatur u studjuż tal-istorja tal-Maltin fl-Awstralja. Huwa rnexxielu jirrekordja mijiet ta’ intervisti ma’ Maltin u Għawdxin li emigraw lejn l-Awstralja sa mill-bidu tax-seklu l-ieħor.