
29 November 2025
Riformi fil-kura tal-anzjani: Min se jħallas skont l-iskema l-ġdida?
SBS Maltese - SBS bil-Malti
About
L-att dwar il-Kura tal-Anzjani li ilu mistenni daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2025, erba' snin wara li Kummissjoni Rjali rrakkomandat riformi kbar fis-settur tal-Kura tal-Anzjani. Il-gvern federali jgħid li dan se jagħti lin-nies anzjani fl-Awstralja, aktar għażla u aċċess għall-għajnuna fid-dar. Iżda hemm tħassib li ħafna nies se jispiċċaw iħallsu aktar għall-kura.