
15 May 2026
Malta fil-finali tal-Eurovision permezz ta’ Aidan bil-kanzunetta ‘Bella’
SBS Maltese - SBS bil-Malti
About
Malta għaddiet għall-finali tas-70 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li qed isir Vjenna bil-kanzunetta ‘Bella’ kantata minn Aidan. Kliem ta’ tifħir mill-komunità Maltija fl-Awstralja għall-wirja u interpretazzjoni mill-aqwa mill-artist Aidan. L-attenzjoni issa taqa’ fuq il-finali. Fl-Awstralja x-xandira diretta tal-finali, tibda fuq SBS TV il-Ħadd 17 ta’ Mejju fil-5.00am AEST meta tkunu tistgħu tivvutaw. Aidan se jkanta fl-10 post. L-istess finali jerġa’ jintwera fuq SBS TV il-Ħadd 17 ta’ Mejju fis-7.30pm AEST.